Trust .eu
A truly
European
online identity

Issieħeb mal-Komunità Online .eu!

1

L-isem ta’ dominju tiegħek għadu disponibbli?

Inti tista’ tirreġistra isem ta’ dominju .eu, .ею, jew .ευ jekk inti tissodisfa l-kriterji li ġejjin (applikabbli mit-2 ta’ Awwissu 2021):

  • Tirrapreżenta organizzazzjoni stabbilita f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja.
  • Inti ċittadin jew residenti f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja.
2

Mur fil-lista globali tagħna ta’ reġistraturi akkreditati

Irreġistra l-isem ta’ dominju tiegħek sa deċennju ma’ wieħed mir-reġistraturi akkreditati tagħna!

Int se tiġi dirett mill-ġdid għas-sit web tagħhom biex tikkonkludi l-proċess ta’ reġistrazzjoni.

Int tista’ tfittex fil-lista ta’ reġistraturi akkreditati permezz tal-lingwa, il-pajjiż jew is-servizz.

Pariri biex tagħżel l-isem ta’ dominju tiegħek

Lest biex tipprovah għalik?

Żomm l-isem ta’ dominju ideali tiegħek qasir: għandu jkun jista’ jiġi ppronunzjat u li ma jintesiex, u jkun minn 2 sa 3 kelmiet twil.

Permezz tal-appoġġ multilingwi tagħna, int tista’ tikseb l-isem ta’ dominju tiegħek fi kwalunkwe lingwa u kitba uffiċjali tal-UE. (Ismijiet ta’ dominju internazzjonalizzati).

L-isem ta’ dominju mixtieq tiegħek ġie riżervat? Int tista’ tapplika biex jiġi rilaxxat billi titfa’ applikazzjoni. Int tista’ tuża wkoll l-istess isem ta’ dominju b’singijiet, jew inkella tqassru għal akronimu.

Esprimi l-Identità Tiegħek

L-isem ta’ dominju tiegħek jista’ jkollu karattri mill-kitba ta’ lingwa uffiċjali tal-UE, b’hekk tistà tesprimi ruħek kompletament online.

Viżibbiltà

Espandi n-negozju tiegħek u wessa’ l-orizzonti tiegħek b’isem ta’ dominju .eu li jesprimi l-firxa internazzjonali tiegħek u jitkellem ma’ klijenti potenzjali madwar id-dinja.

Karatteristiċi ta’ Sigurtà

Permezz tal-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-ogħla livell tagħna, aħna nipproteġu l-isem ta’ dominju tiegħek kontra bidliet mhux maħsuba bħal tħassir u trasferimenti, u ngħinuk tipproteġi lill-klijenti tiegħek minn phishing jew minn siti web oħra b’intenzjonijiet ħżiena. Tgħallem iktar dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà tagħna hawnhekk.

Fiduċja

Serraħ moħħ il-klijenti tiegħek mill-bidu b’.eu, ею, jew .ευ, inti turi l-affidabbiltà tiegħek bħala entità legali bbażata fl-UE, l-Iżlanda, il-Lichtenstein, jew in-Norveġja, u għaldaqstant int soġġett għal-liġi tal-UE u standards ta’ negozjar rilevanti oħrajn.

Appoġġ Multilingwi

Esprimi l-identità lingwistika u kulturali tiegħek b’isem ta’ dominju li fih karattri fi kwalunkwe kitba uffiċjali tal-UE. Aħna nipprovdu wkoll appoġġ tal-aqwa kwalità fil-lingwi uffiċjali tal-UE kollha.

WHOIS

Uża l-pjattaforma WHOIS tagħna biex tiskopri l-aspetti differenti assoċjati mal-isem ta’ dominju tiegħek, inklużi ismijiet ta’ dominju oħrajn li huma simili għal tiegħek. Jekk tħoss li xi ħadd qed jikser id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħek, int tista’ tressaq tilwima permezz tal-proċedura tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Alternattiva veloċi u affordabbli tagħna.

Aqsam l-Istorja Tiegħek

Il-bini ta’ Komunità Online Ewropea ma jistax ikun possibbli mingħajr id-detenturi ta’ sit web .eu impressjonanti li jikkondividu l-istejjer ta’ suċċess tagħhom magħna.

Aħna dejjem kburin li naraw organizzazzjonijiet u impriżi Ewropej li jużaw .eu biex jirrappreżentaw ix-xogħol sinifikanti tagħhom u s-sens ta’ innovazzjoni tagħhom.

Is-suċċess tagħna jiġi minn żewġ naħat, għalhekk l-iskop tagħna huwa biex nibnu relazzjonijiet sodi mad-detenturi tal-ismijiet ta’ dominju tagħna. Flimkien nistgħu niksbu l-impossibbli.