
Inti tista’ tirreġistra isem ta’ dominju .eu, .ею, jew .ευ jekk inti tissodisfa l-kriterji li ġejjin (applikabbli mit-2 ta’ Awwissu 2021):
Int tista’ tfittex fil-lista ta’ reġistraturi akkreditati permezz tal-lingwa, il-pajjiż jew is-servizz.
Lest biex tipprovah għalik?
Żomm l-isem ta’ dominju ideali tiegħek qasir: għandu jkun jista’ jiġi ppronunzjat u li ma jintesiex, u jkun minn 2 sa 3 kelmiet twil.
Permezz tal-appoġġ multilingwi tagħna, int tista’ tikseb l-isem ta’ dominju tiegħek fi kwalunkwe lingwa u kitba uffiċjali tal-UE. (Ismijiet ta’ dominju internazzjonalizzati).
L-isem ta’ dominju mixtieq tiegħek ġie riżervat? Int tista’ tapplika biex jiġi rilaxxat billi titfa’ applikazzjoni. Int tista’ tuża wkoll l-istess isem ta’ dominju b’singijiet, jew inkella tqassru għal akronimu.
L-isem ta’ dominju tiegħek jista’ jkollu karattri mill-kitba ta’ lingwa uffiċjali tal-UE, b’hekk tistà tesprimi ruħek kompletament online.
Il-bini ta’ Komunità Online Ewropea ma jistax ikun possibbli mingħajr id-detenturi ta’ sit web .eu impressjonanti li jikkondividu l-istejjer ta’ suċċess tagħhom magħna.
Aħna dejjem kburin li naraw organizzazzjonijiet u impriżi Ewropej li jużaw .eu biex jirrappreżentaw ix-xogħol sinifikanti tagħhom u s-sens ta’ innovazzjoni tagħhom.
Is-suċċess tagħna jiġi minn żewġ naħat, għalhekk l-iskop tagħna huwa biex nibnu relazzjonijiet sodi mad-detenturi tal-ismijiet ta’ dominju tagħna. Flimkien nistgħu niksbu l-impossibbli.